Bħal ma diġà infurmajtkom ġimgħatejn ilu, il-Pulizija kienet bgħatet għalija dwar artiklu li ppubblikajt relatat ma Mark Camilleri.
Sempliċiment għaliex offrejtlu kafè u nitkellmu wiċċ mb wiċċ.
Tajjeb li ngħidu li tali każijiet jiġu mistħarrġa mill-Pulizija tad-Distrett. Però oħroġ ‘il għaġeb, ġejt imsejjaħ u interrogat mid-dipartiment tar-reati maġġuri tal-Pulizija.
Reati maġġuri ifmhuni!
Illum ser nindirizza lis-Sur Keith Arnaud, Assistent Kummissarju responsabbli minn dan id-dipartiment.
Sur Arnaud,
Ghaliex fuq kumment fuq social media bagħtu għalija tal-Major Crimes immexxija minnek meta s-soltu dawn ikellmuhom l-Vice Squad jew tad-distrett?
Qed nieħu l-libertà nindirizzak personalment għax jien nafek u inti tafni. Meta kont naħdem Kastilja inti kont tiġi ħafna hemm u int kont tarani u jien kont narak.
Bħalissa minix niftakar lil min kont tiġi tkellem pero’ maż-żmien niftakar ukoll.
Jista’ jkun ukoll li qed niftakar pero’ nagħżel li nżomma ghalija.