Il-bieraħ ktibt dwar Villa Schinas, Sliema, u kif wara oppożizzjoni kbira mir-residenti., Charles Ġuda ħareġ jgħid li talab lil Żaren Vassallo jissospendi l-applikazzjoni.
Il-bieraħ staqsejt lil Charles Ġuda set ta’ domandi, iżda sa issa bqajt mingħajr tweġibiet.
Il-Kurja ma kienitx rat minn qabel l-applikazzjoni ta’ Żaren Vassallo?
Min kien raha din l-applikazzjoni?
Min se jieħu responsabbiltà minn naħa tal-Kurja?
Illum se nkompli nżid mal-mistoqsijiet.
Tista’ il-Kurja Arciveskovili tgħidilna lil min intbagħat id-dokument tal-Expression of Interest li suppost kellu jistieden lil dawk interessati biex jagħmlu xogħol ta’ restawr fuq Villa Schinas li hi tal-Azzjoni Kattolika Maltija u li minn dejjem kienet amministrata mill-Parroċċa ta’ San Girgor f’Tas Sliema stess?
Tista’ il-Kurja tippubblika ir-rispons intier li kellha għall-expression of interest li ħarġet u tgħid preċiż f’liema ġurnali u social media ppuubllikat din l-expression of interest?
Għal lum nieqaf hawn.