Ministru Chris Bonnet,
Qed nindirizza lilek għaliex onestament konfuż. Għandi fiduċja fik u forsi tista’ tfehmni.
Nirreferi għal dan l-artiklu f’ The Times.
Infrastructure Malta jgħidu li wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.
https://timesofmalta.com/article/government-says-rebuilt-1315-roads-cannot-say.1099324
Kulħadd għandu għajnejh f’ wiċċu u jaf li saru mijiet ta’ toroq u ħafna, ħafna xogħol. Iżda l-Gvern għandu jgħid u jikkommunika dak li għamel.
Jien nippretendi li llum il-ġurnata tagħfas buttuna u toħroġ lista f’ sekonda.
Jekk ma tezistix din is-sistema qabbdu skrivan jiġbor lista. Kemm jista’ jieħu? Ġimgħa? Xahar? Sena?
Anzi din trid tkun mezz ta’ informazzjoni u kommunikazzjoni mill-Gvern.
Mela naħbu jew nitgħażnu. Ċaqlaq lil ta’ taħtek.