Mela ħa nkompli dwar it-tweġiba ta’ Infrastructure Malta fejn wieġbu li għandhom wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.
Se nitkellem mill-esperjenza tiegħi ta’ seba’ snin li kont nifforma parti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Meta Infrastructure Malta kienet immexxija mill-Inġinier Frederick Azzopardi, kien hemm istanzi li ma jingħaddux kull meta ġie mitlub sabiex jagħti rendikont ta’ toroq jew proġetti oħra.
Ngħidha bl-akbar responsabbiltà li l-imsemmija rendikonti ta’ ħidma kienu jingħataw wara minuti!
Iva, wara minuti.
X’ġara issa biex Infrastructure Malta m’għandhomx ħin jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru?
X’sar minnha din is-sistema?
Jista’ jkun qed jistħu juru id-diskrepanzi enormi ta’ ħidma li twettqet taħt Amministrazzjoni preċedenti u dik attwali?
Tistgħu nitmellħu bin-nies, bija le.