L-Avukat General qabbdet wieħed mill-aktar avukati jobgħodu lil Partit Laburista biex jidher f’ isimha fil-kawża biex titneħħa l-Maġistrat Gabriella Vella.
F’ kull seduta moħħu biex jgħaddi rimarki politiċi kontra Dr Joseph Muscat.
Fis-seduta ta’ din il-ġimgħa, dan Dr James D’ Agostino saħansitra qagħad jieħu pjaċir jisma’ lil Dr Jason Azzopardi jattakka lil Prim Ministru u lil Avukat Ġenerali. Nesa’ li kien qed hemm biex jiddefendihom.
Aċċetta li l-boss tiegħu tiġi akkużata li kisret il-liġi u għaddiet kopja tal-inkjesta lil Prim Ministru. Ma staqsiex mistoqsija waħda fuq hekk lil Dr Azzopardi. Mistoqsijiet biss tal-ingwanti tal-ħarir u jiċċajta miegħu.
Kellu jkun Dr Vince Galea, wieħed mill-avukati ta’ Dr Joseph Muscat li kellu jiġbidlu l-attenzjoni li kien qed iħalli dawn l-akkużi gravi għaddejjin. Daħakha.
Ma tantx hemm x’ tidħak Dr D’ Agostino għax ma ghamiltx dak li mistenni minnek.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Their hate four dear Joseph knows no limit. Shame on him and more on the AG