Search
Close this search box.

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll

Neville Gafa

~ 1 month ago

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa monument li jfakkar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta u li jinsab il-Belt Valletta.

 

 

Il-monument huwa xogħol l-iskultur Antonio Sciortino, u ġie inawgurat fit-8 ta’ Mejju 1927.

 

Il-monument jinsab fi Pjazza Assedju l-Kbir, Triq ir-Repubblika, maġenb il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

 

Oriġinarjament, il-monument kien faċċata l-Berġa ta’ Auvergne, li ġiet sostitwita mill-binja tal-Qrati tal-Ġustizzja fis-sittinijiet wara li l-bini oriġinali kien ġarrab ħsara kbira fit-Tieni Gwerra Dinjija.

 

 

 

Minn Ottubru 2017, il-monument intuża a skopijiet ulterjuri mill-qraba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bl-appoġġ ta’ għaqdiet li huma ferm iżgħar minn xi każin tal-banda tar-raħal.

 

Sfortunatament, l-awtoritajiet tal-pajjiż għalqu għajnejhom għall-mandra li jinsab fiha l-Monument tal-Assedju l-Kbir. Ħaslu jdejhom minn kull responsabbiltà u obbligi li għandhom sabiex jipproteġu l-monumenti pubbliċi.

 

Jidher ċar li klikka ta’ nies qed titħalla tagħmel li trid anke jekk il-maġġoranza kbira tal-poplu huwa kontra din il-mandra.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *