Dan l-editorjal ta’ The Times tal-lum.
L-arroganza ta’ IM laħqet il-quċċata bil-mod kif wieġbu lil The Times “li għandhom wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.”
Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru huwa inaċċettabbli.
Dan huwa insult mhux biss lejn il-qarrejja ta’ The Times iżda għal pubbliku in ġenerali li mit-taxxi tiegħu qed jitħallas paga astronomika Steve Ellul.
Ministru Chris Bonett, xammar il-kmiem u ara x’qed jiġri f’ Infrastructure Malta. Fl-aħħar mill-aħħar INT responsabbli.
Dan is-sit se jkun qed jikxef x’inhu għaddej f’din l-Aġenzija. Però ejja nistennew ftit ieħor forsi is-Sur Steve Ellul jgħoġbu jwieġeb il-mistoqsijiet li għamilnilu.