Dawn li tajtkom huma numri tal-fiduċja li l-poplu kellu u li għandu issa f’ Robert Abela skont is-surveys ta’ diversi portals.
Beda b’ fiduċja b’ saħħitha f’ Jannar 2020 u minn dakinhar naqqas xahar wara l-ieħor.
Dan minkejja li dejjem kellu Partit Nazzjonalista maqsum u Kap tal-Oppożizzjoni batut kontrih.
Naqas minn 53% għal 36%. 35,000 persuna anqas.
Ġejna għall-ewwel darba mill-2008 bil-Mexxej anqas popolari mill-Partit u bil-Partit Laburista mingħajr maġġoranza assoluta.