Search
Close this search box.

Project Green qed taħdem fuq 118-il proġett differenti b’investiment ta’ madwar €350 miljun

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Project Green qed taħdem fuq 118-il proġett differenti b’investiment ta’ madwar €350 miljun

Proġetti fuq medda ta’ art ta’ madwar 1.7 miljun metru kwadru – b’daqs ta’ 240 grawnd tal-futbol

 

Is-sena d-dieħla, medda ta’ 120,000 metru kwadru ta’ spazji miftuħa se jiġu rriġenerati hekk kif Project Green qed tippjana li tlesti 19-il proġett ġdid.

 

Dan parti minn pjan ta’ ħidma mill-aġenzija Project Green li qed taħdem fuq 118-il proġett, li fit-totalità tagħhom jilħqu daqs ta’ 240 grawnd tal-futbol.

 

Miriam Dalli

 

Dan ġie spjegat waqt laqgħa ta’ informazzjoni mal-ġurnalisti mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija Project Green, Joseph Cuschieri. Project Green tat id-dettalji dwar il-proġetti li l-pubbliku se jkun qiegħed igawdi minnhom fix-xhur u s-snin li ġejjin.

 

Fost il-proġetti hemm erba’ siti fiż-żoni tal-iżvilupp f’Ta’ Ġiorni San Ġiljan, Mikielang Sapiano Ħal Luqa, Merino Garden f’Ħal Lija u Triq Nerik Scerri f’Ħal Kirkop. B’daqs ta’ 8,000 metru kwadru totali, dawn l-artijiet f’żoni urbani ngħaddew lil Project Green din is-sena biex jinbidlu fi spazji miftuħa għar-residenti.

 

B’kollaborazzjoni ma’ diversi kunsilli lokali permezz tal-inizjattiva Community Greening Grant, Project Green għaddejja bil-preparamenti għal diversi spazji oħra li mistennija jitlestew matul l-2025, fosthom il-Fruit Garden fl-Imtarfa, fiż-Żona taż-Żebbuġ f’Ħal Għaxaq, l-Eco Garden fix-Xewkija Għawdex, u r-riżerva naturali tas-Simar f’San Pawl il-Baħar.

 

 

Wara x-xogħol preparatorju u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, se jingħata bidu għax-xogħol fiżiku fuq proġetti bħall-proġett ta’ spazju miftuħ f’Bormla (ex AUM), ir-riġenerazzjoni tal-ġonna ta’ San Anton f’Ħ’Attard, Ġebel San Martin fiż-Żejtun, il-Pinetum fil-Furjana u l-ewwel fażi tal-proġett ta’ San Ġwann.

 

“Project Green għaddejja fuq pjan ambizzjuż mifrux fuq medda ta’ seba’ snin. Fit-tieni sena tagħha, Project Green qed taħdem fuq 118-il proġett differenti bil-għan li noħolqu spazji miftuħa mifruxa mal-pajjiż. Dan kollu bil-għan li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Permezz ta’ entitajiet bħal Project Green, qegħdin naħdmu biex insebbħu l-lokalitajiet,” spjegat il-Ministru Dalli.

 

 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Joseph Cuschieri tenna l-impenn ta’ Project Green li tilħaq il-miri tagħha. “Se nkomplu nsaħħu r-riżorsi u proċessi interni tagħna sabiex ix-xogħol isir b’kompetenza, u b’sistema strutturata ta’ governanza. Dan jinkludi proċess ta’ simplifikazzjoni u naħdmu ma’ msieħba fis-settur governattiv u anki dak privat biex inkomplu noħolqu, nirriġeneraw u nmantnu spazji miftuħa li minnhom igawdu l-familji kollha.”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *