L- Għaqda Repubblika nhedew manifest kontra l-korruzzjoni.
Interessanti l-isem ta’ dan il-manifest – Integrità’.
Għaliex qed ngħid hekk nispjega iżjed ‘il quddiem.
Se nagħmel xi osservazzjonijiet b’rabta ma dan il-manifest, però tajjeb nibdew billi ngħidu min huma dawn Repubblika.
Infakkru li dan is-sit elettroniku rnexxielu jesponi l-limitazzjonijiet tal-għaqda Repubblika. Dawn għandhom total ta’ 943 membri. Każini tal-banda f’Malta u Għawdex għandhom ħafna aktar membri minn dawn li jriduha ta’ paladini tas-Saltna tad-Dritt.