Mela ta’ Repubblika nhedew manifest kontra l-korruzzjoni.
Dan huwa wieħed mill-punti ta’ prijorità fil-ħidma ta’ Repubblika fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
“It-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Repubblika ttenni l-impenn tagħha li tkompli tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet.”
Tistgħu tagħmlu pressjoni kemm tridu fuq l-Istat. Anzi ejja ngħidu kif inhi, sibtu Gvern artab fil-konfront tagħkom. Għalhekk għollejtu raskom mill-ħara li kontu mgħaddsa fih fl-2013.
Se nerġa’ nirrepeti dak li ktibt ġimgħa ilu. L-Istat mhux responsabbli għall-mewt ta’ Daphne.
Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet tiġi evitata kieku ma kienitx mara prużuntuża u li kienet taħseb li ħadd ma jista’ ghaliha, tant li rrifjutat li jkollha fixed point, jiġifieri pulizija għassa mad-dar tagħha.