Il-lejla, l-Ministru għall-Finanzi se jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla b’deċiżjonijiet favur il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin li mbagħad se jkomplu jiġu mħabbra matul il-ġimgħa kollha.

Clyde Caruana
Kwalità fuq il-kwantità quddiem sfidi u prijoritajiet tan-nies fis-settur tax-xogħol, fil-mobbiltà fit-toroq tagħna, fis-saħħa mentali, fit-turiżmu u fl-iżvilupp.
Oqsma li dwarhom il-Gvern se jħabbar u jibda jimplimenta pjan t’azzjoni bbażat fuq il-konsultazzjoni wiesgħa li saret fil-ġimgħat li għaddew.