Search
Close this search box.

Taħt Gvernijiet tal-PN qatt ma saret ġustizzja ma Daphne

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Taħt Gvernijiet tal-PN qatt ma saret ġustizzja ma Daphne

Mir-Rapport tal-Inkjesta Pubblika Daphne Caruana joħorġu żewġ fatti interessanti.

 

Fatti li l-magna tal-Partit Laburista qatt ma ndenjaw jippubblikaw.

 

Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, kien hemm żewġ episodji ta’ attakki fuq id-dar tal-familja Caruana Galizia.

 

Caruana Galizia

 

Kien fl-1995 meta kien hemm il-kwistjoni ta’ Meinrad Calleja li hu t-tifel ta’ dak li fiż-żmien il-kwistjoni kien il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati l-Brigadier Maurice Calleja.

 

Kien hemm involuta wkoll Clarissa Cachia illi tiġi oħt Meinrad. Din inqabdet b’kilo kokaina fil-karrozza tagħha. Peress illi kien qed jiġi allegat illi Meinrad Calleja kien qed iżomm il-kokaina fid-dar tal-ġenituri tiegħu, is-Sinjura Caruana Galizia kitbet fis-sens illi dan seta’ jikkomprometti l-pożizzjoni tal-Brigadier bħala l-Kap tal- Forzi Armati ta’ Malta.

 

Sussegwentement meta Meinrad Calleja ġie mressaq il-Qorti biex iwieġeb għal xi akkuzi in konnessjoni ma’ din id-droga, l-Avukat difensur tiegħu, l-Avukat Giannella Caruana Curran ukoll qajmet kontroversja mas-Sinjura Daphne Caruana Galizia peress illi dehrilha illi din kienet f’pożizzjoni ta’ konflitt ta’ interess stante illi missierha l-Professur Guido Demarco kien membru tal-Kabinett viċin tal-allura Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami.

 

 

Meta s-Sinjura Caruana Galizia kitbet opinion piece dwar din is-sitwazzjoni,  l-Editur tat-Times ma riedx jippubblikahielha, għalhekk marret għand gazzetta oħra, il-Malta Independent fejn dina aċċettat u ppubblikat l- istorja. Wara dan irceviet ittra mingħand it-Times fejn qalulha illi ma kenux ser iħalluha tikteb aktar fil-gazzetta tagħhom.

 

Dak iż-żmien kellhom l-ewwel attakk fuq id-dar tagħhom meta xi ħadd ipprova jaħraq il-bieb prinċipali. Ħadd ma tressaq għal dan l-inċident. Sadanittant is-Sinjura Caruana Galizia baqgħet tikteb fuq il-“Malta Independent” b’mod regolari sal-mewt tagħha.

 

Inċident ieħor gravi sar fl-2006 meta s-Sinjura Caruana Galizia bdiet tikteb fuq Norman Lowell u l-partit tiegħu “Imperium Europa”, meta xi ħadd ta n-nar lid-dar tagħhom liema nar kien imkebbes b’tyres ta’ trakk mimlija bil-petrol. Avolja saret ħafna ħsara hadd ma weġġa’ u ħadd ma tressaq in konnessjoni ma’ dan l-inċident.

 

Dan kollu jfisser li;

 

fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, kien hemm żewġ attakki fuq il-familja Caruana Galizia

 

ħadd ma tressaq in konnessjoni ma’ dawn l-inċidenti.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *