Ministru Chris Bonett,
Ħalli niġi għal dak li ktibt int ftit jiem ilu.
Nikkwotak “Il-futur ta’ għada jitlob riċetta ta’ kwalità u mhux ta’ numri.
Il-budget li qed nippreżentaw illejla iħares lejn pjan fit-tul iżda jindirizza wkoll il-prijoritajiet tal-mument li l-poplu fdana biex naġixxu fuqhom.”
Ministru, tippruvax tirkeb fuq is-suċċess tal-Ministru tal-Finanzi. Aħna mhux kliem fieragħ irridu. Aħna rridu mmissu l-kwalità li qed isemmi int. Sa issa bik Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi ma rajna xejn aqwa minn dak li wettqu ta’ qablek.
Anzi, pjuttost għadek lanqas bdejt.
Dan mhux xi assoċjazzjoni tal-futbol, iżda Gvern.
Xammar il-kmiem u ħaffef, għax l-elezzjoni mhux il-bogħod daqs kemm kienet meta lħaqt Ministru.
Għalissa nieqaf hawn. Però se nkompli għax għandi ħafna xi ngħidlek.