Search
Close this search box.

Xammar il-kmiem u ħaffef (3)

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Xammar il-kmiem u ħaffef (3)

Ministru Chris Bonett,

 

 

Ikolli nammetti impressjonajtni bil-faqar tiegħek. Faqar bla limitu.

 

L-aktar Ministru tal-Gvern li qed jibbrilla fil-faqar tal- ideat.

 

Possibbli li ilek 9 xhur Ministru għat-Trasport u kull ma kont kapaċi tagħmel huwa tirrepeti miżuri li xbajna nisimgħu?

 

 

Possibbli li miżura li ż-żgħażagħ tagħna diġa qalulek ma jridux meta vvutaw lil PL fl-aħħar elezzjoni (għax proponewha PN), ikkupjajta wkoll?

 

Imbagħad konna nitkażaw b’David Agius li jikkoppja. Int agħar minnu għax ta’ l-anqas ikkopja minn dokument serju, int minn programm elettorali sfiduċjat‼️

 

Ministru, illum f’sagħtejn kif diġà għidt qabel kont kapaċi biss turina kemm taf tikkopja. Dan il-fatt huwa ħażin imma kieku għidtilna li ser tibda twettaq xi miżura, konna ngħidu li bdejt.

 

Imma oħroġ il-għaġeb kull ma għidtilna li ser tikkonsulta !!!  Ifisser li mhu ser tagħmel xejn.

 

Kemm kienu għaqlin dawk li ħallewk l-art meta kkontestajt għal President tal-MFA għax kieku sa llum għandna nikkonsultaw.

 

Inkomplu iżjed tard Ministru.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *