Search
Close this search box.

Robert Aquilina huwa tellief

Neville Gafa

~ 5 minutes ago

Robert Aquilina huwa tellief

Robert Aquilina huwa persuna li diffiċli tifhem il-psikoloġija tiegħu. Dan huwa wieħed minn dawk il-klikka ta’ nies li minħabba fihom il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ mgħarraq fil-ħara.

 

Huwa wieħed minn dawk li bil ħsieb, bi kliemu u b’ għemilu, il-PN se jibqa’ ikkastigat fl-Oppożizzjoni.

 

Robert Aquilina għadu ma fehemx li minħabba l-eroj tiegħu, Daphne Caruana Galizia, Il-PN tilef żewġ elezzjonijiet ġenerali b’ numri ta’ voti astronomiċi li qatt sa dak iż-żmien ma rajna bħalhom.

 

Robert Aquilina huwa wieħed minn dawk li l-istess Membri Parlamentari tal-PN jgħidulna li ma jifilħux jarawh jagħmel aktar ħsara lill-Partit Nazzjonalista.

 

Mela l-bieraħ dan Robert ħolom b’ Joseph Muscat. Ma nagħtihx tort għal raġunijiet ovvji. 

 

Dan daħħalha f’ rasu li Joseph Muscat qed jinqeda b’ sieħbi Jason Micallef u bija sabiex jattakka lil xi ħadd.

 

Robert, ismgħani sew. Dr. Muscat m’ għandu bżonn lil ħadd biex jattakka lil xi ħadd.

 

Ftakar biss kif żarmakom meta fetaħ ħalqu.

 

Ftakar biss kif spiċċajtu gwerra interna bejnietkom. Tant li int l-ewwel wieħed kont minn tal-ewwel li ħrabt mill-PN u flimkien ma erba’ qlafat oħra bħalek iffurmajtu l-għaqda Repubblika.

 

 

Għaqda iżgħar mill-każin tal-banda tar-raħal. Għaqda li tant intom irrelevanti, li għażiltu tirkbu l-karru ta’ Daphne. Karru li kull min jirkbu jitlef. 

 

Issa tkunx kodard bħal dejjem. Ftakar li l-Qrati ordnaw lil Joseph Muscat ma jitkellimx. Għaldaqstant ma jistax iwieġbek.

 

Però għandek problema kbira. Għax jien nista’ nwieġbek.

 

 

 

Bilħaqq Nutar, rabbi ftit kuraġġ u wieġeb dak il-messaġġ li bgħatlek fuq WhatsApp aktar minn ġimgħa ilu. 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *