Matul il-jum tat-Tlieta, dan is-sit staqsa hux minnu dak it-tagħrif li waslilha li l-Professur Arnold Cassola qal li biex isolvi l-problema tat-traffiku hu jrid li jiddaħħal ħlas għal kull min jipparkja fit-triq.
Dan is-sit talab lil Cassola Professur jikkonferma.
Wara li ġie mistoqsi minn Lovin Malta, Prof. Cassola ikkonferma dak li rrapportajna u daħal f’aktar dettal.
Waqt li nirringrazzja lil Lovin Malta, nistaqsi;
Kien hemm ġurnalisti waqt il-konferenza ta’ Property Malta?
Jekk iva, għaliex ħadd minnhom ma rrapporta dak li ntqal minn Cassola?
Il-poplu jippretendi li jiġi mgħarraf bl-aħjar mod possibbli.