Il-Prim Ministru f’intervista fil-weekend semma l-kwistjoni tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina li dwaru għamilt ilment lil Kummissarju għall-Istandards.
Jidher li fl-aħħar kulħadd qed jifhem li biex tiddefendi lil familja tiegħek trid tattakka lil min jipprova jattakkalek lill-familja.
Aħjar tard milli qatt. Għadna fil-ħin biex l-partit jerġa’ jibda jibża’ għan-nies tiegħu mill-attakki vili.
Għal Toni Bezzina dan mhux l-ewwel skandlu iżda ieħor minn sensiela.
Tiftakru l-permess tal-villa taħt l-Imdina?
Tiftakru l-każ tal-ħaddiema tal-gvern li kien bgħathom jagħmlu xogħlijiet fil-każin tan-Nazzjonalisti taż-Żurrieq?
Għal min nesa’ se nfakkruh u nuru appoġġ lil Robert Abela f’din.