Se nerġa’ nindirizza lis-Sur Pawlu Pace tal-MUMN u nitolbu joħroġ mill-moħba li jinsab fiha u jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet.
Sur Pawl,
Se nagħtik, ghal-lum, 26 data differenti, u nitolbok tiċħad jew tikkonferma li għalihom tħallast meta qatt ma kellek titħallas għaliex
[a] m’ Għamilt l-ebda xogħol fihom u
[b] qatt ma stajt tagħmel xogħol fihom għaliex ma kontx fuq il-post tax-xogħol. F’ħafna minnhom kont imsiefer u tħallast l-overtime u l-on call allowance.
Id-dati huma:
– 18 ta’ Frar 2022,
– 23 ta’ Marzu 2022,
– 6 ta’ April 2022,
– 22/25/29 ta’ Mejju 2022,
– 15 u 22 ta’ Gunju 2022,
– 23 u 31 ta’ Lulju 2022,
– 3/7/21 ta’ Awwissu 2022,
– 11/14/16/21/25/30 ta’ Settembru 2022,
– 2/6/10/19/26 ta’ Ottubru 2022,
– 16 u 23 ta’ Novembru 2022.
Isma minni rreżenja. Għax jekk int rasek iebsa, inzertajt li jien ukoll rasi iebsa. Aktar ma ddum, aktar se niżvela dwarek.
Sadanittant, nappella lill-membri tal-MUMN jinnutaw in-nuqqas ta’ sensittività tal-Unjon relatat mal-każ.
Jekk ma tridux tkunu kompliċi f’din il-ħnizrija, għamlu l-pass u irreżenjaw intom mill-MUMN.