Dan is-sit jawgura lil Jorge Grech meta l-bieraħ ġie mgħoti l-premju ta’ Ten Outstanding Young Person’s (TOYP) fil-kategorija ta’ Affarijiet Politiċi u Governattivi waqt iċ-ċerimonja organizzata minn JCI Malta.
F’ kummenti fuq il- Facebook page tiegħu, Jorge Grech qal “dan il-premju jfisser ħinijiet twal u sagrifiċċji fi skiet, sabiex nagħmel dak kollu possibli għal ġid tal-lokal tagħna u niesha.
Niddedika dan il-premju lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jgħinuni u jagħtuni l-enerġija nkompli naħdem.
Nħares l’quddiem li bħala żgħażugħ nkompli naħdem b’ġenwinita, b’eżempju, nagħmel l-ġid u nkun ta’ ispirazzjoni għal-żgħażagħ oħrajn.”
Jorge Grech huwa s-Sindku ta’ Haż-Żabbar.
Awguri Jorge.