STQARRIJA LILL-MEZZI TAX-XANDIR MAHRUGA
MILL-FEDERAZZJONI MALTIJA GHALL-PRODOTTI
TAL-AKWAKULTURA (FMAP).
Data: 30 ta’ Novembru, 2024
Titlu: “Daqqa waħda nifilhuha. Żewġ daqqiet LE”
Il-Federazzjoni Maltija ghall-Produtturi tal-Akwaltura (FMAP) tagħmel referenza għall-istatistika maħruġa aktar kmieni mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar l-industrija tal-akwakultura is-sena li għaddiet. Din l-istatistika turi li minkejja l-ħidma ma taqta’ xejn fl-2023, l-industrija tal-akwakultura f’Malta ħadet daqqa ta’ ħarta kbira.
L-Akwakultura f’Malta primarjament tikkonsisti fit-tħaxxim tat-tonn li l-parti l-kbira tieghur tiġi esportata lejn il-Ġappun.
Fis-sena 2023 l-akwakultura f’Malta esportat bi kwazi €199,124 miljun li jfisser tnaqqis ta’ kważi 40% (aktar minn €121 miljun) meta kkumparat mas-sena 2022, fejn b’kollox il-valur tal-esportazzjoni kien ta’ €320.4 miljun. Dan minkejja li fl-2023 Malta ikkunsmat u produċiet l-akbar ammont ta’ prodott fl-aħħar 4 snin.
Dr Charlon Gouder, għan-nom tal-FMAP, qal li dawn iċ-ċifri ħżiena laqtu mhux biss lil Malta peroe lil swieq oħrajn ukoll għaliex huma riżultat ta’ dak li qed jiġri internazzjonalment fosthom il-kwistjonijiet ta’ taqlib fil-kambju u taqlib geo-politiku bejn l-akbar suq għal Malta u ċioè l-Gappun u ċ-Ċina. Dan wassal, biex per eżempju l-valur tal-prodott akwistat minn Malta jonqos bin-nofs (valur mixtri: minn circa € 17.75 għal kull kilo prodott fl-2022 ghal €9.55 għal kull kilo prodott mixtri fl-2023). Dan filwaqt li l-ispiża fuq l-industrija kompliet tizdied u fl-2023 qabżet it-12% aktar ta’ dak minfuq is-sena ta’ qabel.
Dr Gouder qal li quddiem dan kollu kemm kien għaqli li xi żmien ilu, il-Federazzjoni flimkien mal-Gvern tibda tiddiskuti pjan dettaljat ta’ diversifikazzjoni sabiex l-industrija ma tibqax dippendenti biss fuq suq wieħed però tħares lejn swieq oħrajn waqt li tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha fil-core market tagħha. Għalhekk kien importanti l-iffirmar ta’ ftehim storiku bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Onor. Ian Borg is-sena li għaddiet biex permezz tiegħu Malta din is-sena bdiet tesporta l-ewwel prodotti tagħha lejn iċ-Ċina. Dan kien possibli għaliex il-prodott Malta tant kien ta’ valur għoli għal konsumatur Ciniz li wara li saru l-verifiki neċessarji, ċ-Ċina qablet li tibda tirċievi t-tonn minn Malta ukoll u dan mistenni jħalli l-effetti tieghu fis-snin li ġejjin.
Però Dr Gouder qal ukoll dawn ir-riżultati ma kienux biss kwistjonijiet kummerċjali, li l-industrija tiflaħ għalihom, però ukoll tibdil fl-ibħra ta’ madwarna u lilhinn, li naqsu l-kompettivita’. It-tibdl fil-klima, però agħar minn hekk, taqlib fl-ibħra ta’ madwarna fil-kuntest lokali wasal u qed iwassal għal telf sostanzjali ta’ ħut li fl-2023 beda jigi nnutat li però li kompla jiġi nnutat fl-2024 u li l-Federazzjoni qed tistudja bir-reqqa.
Dr Gouder qal li jekk verament pajjizna irid jibqa’ jitkellem dwar is-sostenibilita ta’ din l-industrija hemm bżonn li kwistjonijiet bħal dawn jiġu studjati, imwieżna u indirizzati fil-pront, daqqa waħda din l-industrija, għaliex resiljenti, tiflaħa. Daqqiet oħrajn, għal raġunijiet diversi u lil hinn mill-kontroll tagħna, din l-industrija ma tiflaħiex u għalhekk hemm bżonn l-għajnuna biex insostnu l-Akwakultura f’Malta, temm jgħid Dr Gouder.
Nota lill-Edituri:
Il-Federazzjoni Maltija ghall-Prodotturi tal-Akwakultura tiġbor fi ħdanha AJD Tuna Ltd., MML Ltd., MFF (Malta Fish Farming) Ltd., Ta’ Mattew Fish Farm Ltd., u Fish and Fish Ltd.