PAWLU PACE: JIMPJEGA LILU NNIFSU, JIMPJEGA LIL NATHALIE MANCHÈ U JKEĊĊI LIL JOSEPH AQUILINA
Sur Pawlu Pace,
Int li mort tiffirma il-ftehim kollettiv il-ġdid f’isem il-membri tal-MUMN,
1. Veru li sena u tliet xhur ilu, Pawlu Pace tal-MUMN, int tagħtek rasek u ridt tirregolarizza l-pożizzjoni tiegħek?
2. Veru li biex tagħmel dan, applikajt biex tiġi rilaxxat uffiċjalment mal-MUMN?
3. Veru li l-MUMN kellha diġà rilaxxat magħha ċertu Joseph Aquilina?
4. Veru li int itterminajt ir-rilaxx ta’ Joseph Aquilina biex dħalt minfloku?
5. Veru li dan ifisser li tajt impjieg lilek innifsek a skapitu ta’ ħaddieħor?
6. Veru li din ma kienitx l-ewwel irregolarita’ li twettqet?
7. Veru Sur Pawl li teżisti impjegata fantażma mal-MUMN?
8. Veru li dan l-impjieg fantażma tajtu int lil Nathalie Manchè, mart Alexander Manche – teżorier tal-MUMN?
9. Veru li din Nathalie qatt ma tattendi xogħol, bħalma ma kontx tattendi int mal-Gvern, u veru li din Nathalie ma tagħmel l-ebda xogħol minn imkien iehor?
10. Veru li dan it-taparsi impjieg hu marbut ma proġett tal-Unjoni Ewropeja?
11. Veru li s-salarju ta’ Manchè qed jiġi rimborzat lill-MUMN mill-Unjoni Ewropea?
1 Comment
tal-misthija Dan il-bniedem U nispera li jittiehdu passi ghax dawn akkuzi serji