Rebħa għall-Isport Malti, telfa għall-ONE

Neville Gafa

~ 3 months ago

Rebħa għall-Isport Malti, telfa għall-ONE

L-aħbar li qed iddur dwar il-possibbiltà li Jean Claude Micallef jinħatar il-Kap Eżekuttiv għall-Awtorità għall-Integrità fl-iSport Malti hi pass ‘il quddiem li diversi federazzjonijiet sportivi qed jilqgħu tajjeb.

 

Interessanti kif ismu beżża lil xi wħud u minnufih rajna gazzetti jippruvaw jimminaw il-ħatra tiegħu. Ġie rrapportat li anke l-Board tal-istess AiMS kien hemm min tkellem kontrih.

 

 

L-irġulija titlob li tali Board jirriżenja hekk kif il-pożizzjoni tagħhom hi kunflinġenti kemm-il darba Micallef ikun approvat bħala l-Kap Eżekuttiv.

 

Dan kien l-istess Board li neħħa mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv lil Luciano Busuttil wara li ġie rrapportat li kien hemm relazzjoni ħażina bejniethom. Interessanti kif fl-istejjer maħruġa dejjem ġie mbuttat ċertu Ryan Borg – ex Chief of Staff ta’ Clifton Grima u bil-barka tal-board immexxi mill-ex Imħallef Antonio Mizzi tpoġġa Interim-CEO hekk kif twaqqaf Luciano Busuttil.

 

Kif jista Board li mar kontra isem il-Kap Eżekuttiv qabel ma ġie ngaġġat, jiffunzjona u jagħti l-appoġġ meħtieġ lill-istess Kap Eżekuttiv li ma ridux?

 

Ritratt li juri l-affinità bejn Il-President tal-Fifa Gianni Infantino, l-President tal-MFA Bjorn Vassallo u Jean Claude Micallef fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima, Ivan Vella (MFA u ex ONE) mal-ex President Tal-MFA Norman Darmanin Demajo u l-Viċi President Matthew Paris.

 

 

Waqt li Jean Claude Micallef huwa magħruf bħala mutur u strateġiku fost iċ-ċrieki sportivi u politiċi, l-ismijiet li kienu qed iċemplu l-kmamar tal-aħbarijiet biex jippruvaw jumiljawh jidher li se jibqgħu b’xiber imnieħer.

 

Infakkar li appellajt kemm-il darba li l-ħiliet ta’ Jean Claude Micallef għandhom ikunu utilizzati aħjar mill-Partit Laburista. Ħafna jarawh idoneju biex isalva s-sitwazzjoni tal-ONE iżda żgur li waqt li l-ingaġġ tiegħu hu aħbar pożittiva għall-isportivi, dan ifisser li t-tmexxija tal-Partit qajla qed jaħsbu li jistgħu idawwru s-sitwazzjoni u d-direzzjoni tal-istazzjonijiet ONE.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *