Tifkira ta’ Karen Grech fuq il-Monument

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

Tifkira ta’ Karen Grech fuq il-Monument

Illum l- 1 ta’ Diċembru 2024.

 

Erġajt ġejt neżerċita d-dritt tal-libertà tal-espressjoni fuq l-monument tal-Assedju fil-kampanja tiegħi u tagħkom biex dan il-monument nazzjonali jerġa’ jsir tagħna lkoll.

 

Diċembru huwa xahar ta’ niket għal poplu Malti. Kien proprju Diċembru tal-1977, Malta kienet maħsuda. Malta tilfet waħda minn uliedha.

 

 

Kien nhar it-28 ta’ Diċembru, Karen Grech, tfajla mimlija saħħa u enerġija ġiet maqtula permezz ta’ ittra bomba.

 

 

Dan il-qtil ġie deskritt bħala qtil politiku. Sal-lum il-qtil tagħha għadu ma ġiex solvut.

 

Nerġa nappella sabiex ningħaqdu bħala Maltin u ma nħallux individwi diviżivi jifirduna.

 

 

Favur l-għaqda u kontra l-mibegħda.

 

Illum l-1 ta’ Diċembru 2024.

 

Filmat 👇

https://www.facebook.com/share/v/18QMAt3zKn/?mibextid=WC7FNe

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *