L-għodwa t-tajba Pawl,
Qomt jien.
Nispera li tħabbar ir-riżenja llum.
Kont fi ħsieb ma nistaqsik xejn illum, però bdilt fehmti, għax tant fadalli x’nistaqsik.
Ghal li jista’ jkun, Sur beżżiegħ Pawlu Pace, li qiegħed tevita li twieġeb il-mistoqsijiet li qiegħed nagħmillek, ma nagħmlux mod li qiegħed tevita li twieġeb għax taf li kull tweġiba tista’ tinkriminak, hux?
Sur beżżiegħ, ma nagħmlux mod li t-taħwid tiegħek ma jinvolvix biss taħwid ta’ fondi pubbliċi, imma taħwid ukoll fil-fondi tal-MUMN?
Għandek, Sur Kodard li għadek ma rriżenjajtx għax ma tafx x’inhi mistħija, x’tgħidilna dwar il-bejgħ tal-kwartieri l-antiki tal-MUMN, u cioe’ fond bl-isem Les Lapins, li kien jinsab fi Vjal l-Indipendenza ġewwa l-Mosta?
Kif inbiegħ dan il-fond?
Lil min inbiegħ?
Kemm inbiegħ?
Kien hemm xi familjari ta’ xi ħadd imdaħħlin f’din il-biċċa negozju?
Min seta’ għamel kemxa flus minn dan in-negozju?
X’dettalji nagħtaw lill-membri tal-union dwar din il-biċċa negozju?
Tħallset xi senserija?
Lil min?
Għadni qed nistenna PAWL. Ibda wieġeb għax għadna lanqas nofs triq.