Min spettur fuq kaċċa u insib għal avukat specjalizzat fuq kaċċa u insib

Neville Gafa

~ 3 months ago

Min spettur fuq kaċċa u insib għal avukat specjalizzat fuq kaċċa u insib

Diversi sorsi kkonfermaw ma’ dan s-sit li l-ex Spettur tal-Pulizija Alex Miruzzi, fl-aħħar snin wara li ħareġ mil-Korp beda jaħdem bħala avukat f’kawżi ta’ kaċċa u insib.

 

Sorsi mil-Pulizija midħla tas-suġġett qalulna illi dan ikollu numru kbir ta’ kawżi fuq kaċċa u insib.

 

Dawn is-sorsi jinsabu mistagħġba kif l-istess nies li Alex Miruzzi kien spettur kontrihom illum iqabbduh bħala avukat.

 

Jistagħġbu wkoll kif jista’ jkun li uħud mil-Pulizija li jixhdu f’dawn il-kawżi fejn l-istess Miruzzi jkun avukat,  kienu pulizija fl-istess sezzjoni meta hu kien l-ispettur tagħhom.

 

Jirrabjaw li dan huwa daqqa ta’ ħarta għal Korp tal-Pulizija.

 

 

Nistagħġeb kif Birdlife qatt ma ilmentaw minn din s-sitwazzjoni.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *