Dan messaġġ li rċevejt minn persuna li ma nafhiex.
“Sur Neville Gafa,
Qrajt xi ktibt dwar ħu Chris Said. Int taħseb li min ta l-istorja lil Mument kien qed jattakka lil Bedeq? Taħseb ma kienux jafu li se ddur fuq il-Ganga u ħuh?
Din kollha logħba habib. Parti mill-pjan biex jinqalgħu ċertu nies u jiġu favuriti ohrajn.
Int stess ktibt lil min se jimbuttaw. Lil dak li qdihom dwar sieħbek.”
Tal-aħħar nifhem li qed jgħid għal Frank Anthony Tabone li kien il-moħħ biex jippruvaw iħammġu lil Joseph Muscat bit-tfittxija bla sens li saret fuq familtu.