Mela hekk kif ħarġet l-aħbar li l-Kumitat li kellu jagħmel rakkomndazzjoni sabiex jiġi approvat Edward Zammit Lewis, hekk kif kellu jkun, ħareġ jattakkah Alex Borg tal-Għawdxi u ‘Johnnie come lately’.
Zammit Lewis ovvjament ta’ politiku ilu fix-xena, lanqas ikkalkolah u ma weġbux.
Jiena tkellimt ftit ma’ nies fiċ-ċrieki legali, anke nies mill-PN, u qaluli li “Mr. Jubille Rolex Bracelet” Alex Borg għalkemm avukat, m’għandux idea tal-qasam legali u jaħli l-gurnata tiegħu jdur il-Belt Valletta u jitkellem ma’ nies, anke ta’ reputazzjoni dubjuża, sabiex kif jghidu l-Ingliżi ‘he is feeling the importance of being an MP‘.
Qaluli wkoll li lil Zammit Lewis jafuh u jafu li hu ta’ integrita’ u bniedem legalment dejjem ippreparat. Anke jekk ma jaqblux miegħu politikament.
Dawn l-affarijiet pero’ jien biss irrid ngħidhom għax ħadd mill-Labour ma’ fetaħ ħalqu fuq persuna li kien Ministru bosta drabi, suċċess wara l-iehor fil-Gvernijiet ta’ Joseph Muscat, fejn gawda kulħadd!