Tkompli l-kruċjata ta’ gideb fil-konfront ta’ Clint Camilleri

Neville Gafa

~ 3 months ago

Tkompli l-kruċjata ta’ gideb fil-konfront ta’ Clint Camilleri

Il-Partit Nazzjonalista wara l-attentat tiegħu biex iħammġu lil Ministru Clint Camilleri, issa ivvintaw storja – din id-darba jipprovaw jimplikaw lil mart il-Ministru fi storja bla ebda fatti u bla ebda sens. Biex tgħaxxaq, irrepetiha dalgħodu ukoll Bernard Grech!

 

 

Li insew huwa li Transport Malta f’Għawdex titmexxa minn Ruben Said, ħu l-Membru Parlamentari Chris Said tal-ganga,  fil-kariga ta’ senior manager meta dan għandu skola ta’ xejn!

 

Mhux hekk biss, Said kien diġà ġie sospiz wara li kellu każ il-qorti wara allegatament kien involut fi ġlieda fil-każin tal-football tan-Nadur.

 

Sussegwentement ġie re integrat fil pożizzjoni wara li ma kienx instab ħati li agredixxa lil kuġinuh.

 

Issa, fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet, Transport Malta ser terġa’ tissospendi lil Ruben Said bħala s-Senior Manager ta’ Transport Malta f’Għawdex?

 

Wara kollox, dawn l-akkużi qed isiru mill-kap tiegħu stess!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *