LIS-SUR COLIN GALEA, SEGRETARJU TAL-MUMN (1)

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

LIS-SUR COLIN GALEA, SEGRETARJU TAL-MUMN (1)

Sur Galea,

 

Illum se nindirizza lilek u nitolbok terfa’ ir-responsabbilta’  u ma tħallix aktar lil Pawlu Pace iniżżel miegħu lill-MUMN, jekk mhux lilek miegħu wkoll.

 

Se nkun qed nagħmillek biss ftit mistoqsijiet u nispera li twiegeb, jekk mhux għas-sodisfazzjon tiegħi, tal-anqas b’rispett lejn il-membri li tirrappreżenta.

 

Jekk imbagħad tagħżel li ma tweġibx, eżatt kif qed jagħmel Pawlu Pace, allura l-membri se jibdew jitħassbu jekk int intix imdaħħal ukoll fit-taħwid.

 

 

 

1. Il-każi ta’ abbuż sfaċċat ta’ skartar sistematiku, serq minn overtime bla rażan li qatt ma sar u serq ta’ on-call allowances minn Pawlu Pace, qatt ġew diskussi fl-organi tal-MUMN u mal-membri?

 

X’ iddeċidejtu? Iddeċidejtu li torbtu d-destin tagħkom ma ta’ Pawlu Pace?

 

2. In-negozju mudlam tal-kwartier l-antik tal-MUMN fil-Mosta, qatt tajtu id-dettalji kollha dwaru lill-membri għall-attenzjoni tagħhom?

 

3. Tiċħad li taf ħafna dwar l-arranġamenti li kien hemm bejn Pawlu Pace u martu waqt is-separazzjoni u l-intervent dijaboliku li sar biex martu ingħatat residenza fejn toqgħod?

 

Sur Colin, nafek personalment u nafek ferm differenti minn Pawlu Pace.

 

Nistenna tweġibiet, għax għada għandi aktar.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *