Dan ritratt ħelu ħafna.
Mix-xellug għal lemin tistgħu taraw:
Esperta tal-karnival u ex ambaxxatur tal-Gvern Nazzjonalista li ma ġabet lanqas Ewro wieħed xogħol lejn pajjiżna.
Teologa mħallsa mill-Kurja mmexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Charles Ġuda Scicluna u li għandha relazzjoni qriba ħafna ħafna ma’ Monsinjur partikolari.
Ex Kummissarju Ewropew akkużat li għamel snin sħaħ jaħsel il-flus permezz ta’ biljetti ta’ lotterija li kien responsabbli ghaliha.
Kellu akkużi oħra ta’ korruzzjoni li l-ħbieb tiegħu ta’ Repubblika injoraw. Kien iħobb jippriedka lil Malta x’ għandha tagħmel.
Teżorier ta’ Repubblika. Tħobb it-teatru. Nista’ nifhem għaliex qedgha ma Repubblika. Għax teatrini waħedhom.
Konsulent ta’ ex ministru dwar riforma tat-trasport pubbliku li falliet iżda swiet miljuni lil pajjiżna. Wara ngħata kuntratti kurjużi fl-Afrika. Martu, ċittadina Franċiża, telqet minn Malta Enterprise wara li tfaċċaw akkużi ta’ tbagħbis fi flus.