X’hemm komuni bejn San Ġorġ Preca u l-Kandidat Nazzjonalista Frank Anthony Tabone?
Bħal San Ġorġ Preca, Frank Anthony Tabone għandu l-abbiltà divina li jkun f’żewġ postijiet differenti fl-istess waqt.
Dan għall-fatt li għal żmien twil kien ikun l-Università waqt il-ħin tax-xogħol bħala Fizzjal fil-Korp tal-Pulizija.
Frank Anthony Tabone kien Full Time u jaħdem Office Hours bħala Fizzjal fil-Korp, u fl-istess waqt kien jattendi l-Università għal kors Full Time tal-Liġi. Dan ifisser li fil ħin tax-xogħol kien ikun ukoll l-Università għall-kors tal-Liġi.
Għaddew diversi sigħat mindu dan is-sit żvela dawn il-fatti, iżda sa issa Dr. Tabone baqa’ ‘lost in action’ u ma wieġeb xejn.