Għadni kemm mort fuq il- Monument tal-Assedju l-Kbir. Għal darb’ oħra, il-marmalja reġgħu serquli l-placards kollha.
Però l-akbar oxxenità hi li saħansitra serqu l-placards tal-mibkija Karen Grech u Raymond Caruana. Żewġ martri innoċenti ta’ ċirkostanzi koroh fl-istorja politika ta’ pajjiżna.
Dawn l-estremisti urew sa fejn twassal il-ħdura tagħhom. Nirrakomanda lil kull min qed jaqra dan il-messaġġ sabiex jifhem eżattament kemm hu gravi u kundanabbli dan l-aġir u att vendikattiv. Dawn huma nies bla skruplu u bla ħniena. Solidarjetà sħiħa mal-familji ta’ Karen Grech u Raymond Caruana.
Nappella lill-Korp tal-Pulizija sabiex jieħu bis-serjetà dan l-att vendikattiv. Dawn il-vendikazzjonijiet iridu jieqfu. Aħna għandna dritt tal-libertà tal-espressjoni daqs tal-klikka ta’ Daphne.
Din il-provokazzjoni trid tieqaf. Nerġa’ nappella lill-Pulizija sabiex tagħmel xogħolha u toffrielna protezzjoni minn din il-marmalja.
Il-Monument tal-Assedju l Kbir huwa tagħna lkoll.
Filmat 👇