Stqarrija għall-Istampa
14 ta’ Diċembru 2024
Suġġett – Inħarsu l-Monumenti Nazzjonali. Monumenti Pubbliċi Ħielsa.
Bħala parti mill-Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”, nevillegafa.com se jkun qed jgħaddi għat-tieni fażi ta’ din il-kampanja.
Dan is-sit se jkun qed jiġbor petizzjoni biex issir liġi li tagħmilha illegali li jiġi kkapparrat jew maħtuf monument nazzjonali pubbliku b’mod permanenti.
Il-petizzjoni tintbagħat lill-iSpeaker tal- Kamra tad-Deputati biex sussegwentement issir Liġi.
Jekk il-klikka estremista ta’ Daphne jaħsbu li se nkunu qed nieqfu nofs triq f’din il- kampanja, allura qed jiżbaljaw bil-kbir. Jekk huma għandhom dritt tal-libertà tal-espressjoni, għandu l-istess dritt kulħadd inkluż jien u intom.
Irid jinstab bilanċ bejn il-libertà tal-espressjoni u l-ħarsien ta’ monumenti pubbliċi u nazzjonali li huma simboli ta’ għaqda nazzjonali.
Ibqgħu segwuna fuq dan is-sit għal aktar aġġornamenti.
https://www.facebook.com/share/v/17RRBD9Xsu/?
Kampanja: “Il-Monument tal-Assedju l-Kbir Huwa Tagħna Lkoll”.
3 Comments
Mr Gafa ma hemmx ghalfejn issir petizzjoni biex issir kigi. Messa ilha li saret din il haga. U b hekk certu estremisti lemini u l klikka taghhom qed jaghmlu li jridu ghax il gustizzja u l impunita f’dan il pajjiz huma inezistenti.
Sahhiet.
Jekk informat sew il KONSTITUZZIONI ma tippermetiex li monumenti nazzjionali jigu mhamga bla ebda mod , imma mid dehra kien hemm xi magistrat bravu hafna u ma ra xejn hazin , insomma mizbla biz zibel tiehu pjacir.. SUR GAFA INT IMISSEK TKUN LI SPOKE PERSON TAL PARTIT LABURISTA biex fejn hemm fake news minn naha tat terroristi nazzjionalisti u tesponi il hmieg li qeghdin marqien fih .
il-forom ghandhom jinġabru min kull kzin Laburista ta kull lokalita