Tal-Mument jerġgħu jattakkaw il-fazzjoni ta’ Chris Said! Nibdew niżvelaw ukoll l-idejn maħmuġa tal-istorja ivvintata

Neville Gafa

~ 1 month ago

Tal-Mument jerġgħu jattakkaw il-fazzjoni ta’ Chris Said! Nibdew niżvelaw ukoll l-idejn maħmuġa tal-istorja ivvintata

Filwaqt li jafu li t-tmexxija ta’ Transport Malta f’Ghawdex hija f’idejn Ruben Said li jokkupa l-għola kariga ta’ Transport Malta f’Ghawdex bħala Senior Manager, u li jiġi hu Chris Said il-Ganga, il-gazzetta ta’ l-istess Partit Nazzjonalista jerġgħu jitfgħu allegazzjonijiet bla ebda bażi kontra uffiċjali oħra f’Għawdex bil-għan li fl-aħħar mill-aħħar is-swaba iduru kontrih!

 

 

Dan qed isir bl-iskop li l-Gvern jew Transport Malta terġa’ tissospendi lil Ruben Said sabiex Chris Said u l-klikka tiegħu terġa’ titlef saqajha minn hemm.

 

Huwa ċar li minn dan kollu jiggawdanjaw kandidati oħra – fosthom Frank Tabone, Alex Borg u Beppe Galea li lkoll qed jissieltu bejniethom ghal voti.

 

Dan kollu qiegħed jinħeba bl-għajnuna ta’ ċertu wieħed eks impjegat tal-wasteserv. Dan l-eks impjegat, kien kanvasser ta’ Chris Said li dan l-aħħar dar ma’ Alex Borg.

 

 

Dan l-individwu, kien tkeċċa mix-xogħol li kellu fil-wasteserv fuq nuqqasijiet serji ferm… l-istess individwu qiegħed ikun l-Imġarr jiftaħar li jekk jitilgħu in-Nazzjonalisti ser ikun fdat hu bit-tmexxija tal-port u li ser ikeċċi l-impjegati kollha… nagħtu ukoll aktar dettalji fuq dan l-individwu kif ukoll x’iħobb iżomm fuqu u fil-vettura tiegħu kull fejn ikun aktar ‘l quddiem.

 

Aktar minn hekk, jidher li dan l-individwu jifhem ferm fuq l-irmiġġi. Forsi jista’ ukoll jibda jgħidilna kemm biegħ l-irmiġġ ir-raġel tat-tifla tiegħu illegalment wara li l-istess irmiġġ kien ingħatalu b’xejn (bħal kulħadd) mill-gvern?

 

U forsi jirrispondi ukoll, jekk wara li biegħu, marx jitlob lil Transport Malta għal ieħor?

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *