Nirreferi ghal rapporti fuq mezzi tax-xandir li semmew kif is-Sur Kurt Rizzo ġieli serva ta’ ‘Close Protection’ għad-Deputat Prim Ministru Ian Borg.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jixtieq jiċċara kif meta jkun rakkomandat, fuq żjarat barra l-pajjiz, ikunu meħtieġa uffiċjali tal-Pulizija sabiex jagħtu tali protezzjoni lid-Deputat Prim Ministru, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru jagħmel talba uffiċjali lill-Korp tal-Pulizija. Ikun il-Korp li jaghmel l-assenjazzjoni ta’ liema uffiċjali jintbagħtu.
Il-Ministeru jew is-Segretarju Permanenti qatt ma talbu liema uffiċjal ikun assenjat u fil-fatt ikunu uffiċjali differenti, f’okkażjonijiet differenti.
Is-Sur Rizzo kien assenjat darba mad-Deputat Prim Ministru, waqt zjara fl-Ukraina.