Illum tħabbar li l-ex Ministru Nazzjonalista Tonio Borg sar Professur l-Università wara li fetħilhom kawża.
Professur ta’ xiex?
Professur tar-Riformi fil-Qrati u l-Pulizija li naqas li jagħmel meta kien Ministru. Għal kull ilment minn Repubblika u l-PN dwar xi nuqqas fil-ġustizzja u l-Intern, il-Labour jista’ jwieġeb hekk “Ghaliex dik ir-riforma m’ għamilhiex Tonio Borg?”
Il-poplu għandu jkun jaf li taħt Gvern Laburista, Tonio Borg ġie rikonoxxut għal xi ħaġa li qatt ma għamel.
Tonio Borg huwa l-agħar Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern li qatt ra dan il-pajjiż.
Bniedem fallut. Lanqas uffiċċju legali suret in-nies qatt ma kellu, u wara li spiċċa mill-pokitika spiċċa mangiapassegia, allura jrid jara minn fejn se jerda.
Jekk hawn bniedem li ma jixraqlux ikun lecturer l-Università, dan ma huwa ħadd ħlief Tonio Borg, li wkoll kien Deputat Kap fiż-żmien ikrah ta’ GonziPN.
L-media Laburista għandha tfakkar li ħafna mir-riformi li għamel jew se jagħmel Gvern Laburista huma dawk li naqas li jagħmel Tonio Borg.
1 Comment
tajba wkoll.din. Prosit profs tal-ilma qieghed