Wara t-tneħħija tad-Drug Squad minn idejn Arnaud

Neville Gafa

~ 1 month ago

Wara t-tneħħija tad-Drug Squad minn idejn Arnaud

Xahrejn ilu dan is-sit żvela kif l-eroj ta’ Matthew Caruana Galizia, l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud kellu l-ġwienaħ mqasqsa meta fil-ġimgħat  ta’ qabel ġie ordnat mil-Kummissarju Anġlu Gafà biex ma jibqax in charge mid-Drug Squad.

 

Keith Arnaud

 

Sorsi fil-Korp tal-Pulizija li tkellmu ma dan is-sit interpretaw din bħala mossa ta’ sfiduċja fl-operat tiegħu.

 

U jidher li ma tantx marru żmerċ.

 


F’Novembru li għadda, il-Pulizija Cherise Camilleri ta’ 28 sena minn Ħal Qormi tressqet il-Qorti akkużata li, bħala membru fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, kienet qed tgħaddi informazzjoni sensittiva lil traffikanti tad-droga qabel jitwettqu rejds mill-Pulizija.

 

Jumejn ilu, Kurt Rizzo, pulizija u security privat ma Roberta Metsola ġie arrestat wara li allegatament kien qed jgħaddi informazzjoni lit-traffikanti tad-droga.

 

 

Minkejja li mhux magħruf jekk iż-żewġ każi humiex relatati, huwa stat ta’ fatt li kif Keith Arnaud ġie ordnat mil-Kummissarju Anġlu Gafà biex ma jibqax in charge mid-Drug Squad, bdew jinqabdu dawn ir-reati.

 

 

Dan huwa ċertifikat ieħor għall-Kummissarju Anġlu Gafà li jxejjen għall-kollox l-attakk sfrenat minn terzi fejn saħansitra akkużawh li taħt it-tmexxija tiegħu issaħħet il-kriminalità organizzata.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. dora December 20, 2024

    U Ian Borg ma semmejtux ghax mieghu ukoll ikun

    Reply
  2. Mary Fava December 20, 2024

    ibqa ahdem Neville ghax b’ghajnuna tieghek qed jinkixfu hafna skandli.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *