Meta bdiet toqrob l-elezzjoni tal-2008, li Lawrence Gonzi kien rebaħ b’ nofs Siġġu Parlamentari, kien hemm pressjoni fuq għadd ta’ kuntratturi biex jagħtu l-flus lill-PN. Dan wara li kien ġie żvelat li l-Partit kien fallut.
Fost dawk li kienu taħt pressjoni qawwija kien hemm ic-Ċaqnu, li allegatament il-PN ried il-flus mingħandu akkost ta’ kollox, bil-wegħda li jiksbulu l-permessi għall-kumpless tiegħu f’Ta Kandja.
Il-permessi qatt ma ġew mingħand il-Planning, dejjem bl-iskużi li nqala’ xi ħaġa, iżda l-PN baqa’ jimpala l-flus mingħandu.
F’dan iż-żmien, Beppe Fenech Adami, li għal xi żmien kien ukoll l-avukat ta’ Polidano, spiċċa bena b’mod illegali fil-Għargħur, u balleċ, tiġri l-kelma li ma tantx kienu inħarġu invoices għax xogħol tal-kostruzzjoni ta’ Polidano fuq il-villa tiegħu.
Beppe Fenech Adami kien ukoll Assistent Parlamentari għall-Intern, prattikament Ministru tal-Intern, wara r-riżenja ta’ Carm Mifsud Bonnici. Dan wara li f’Mejju 2012 spiċċa sfiduċjat b’mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni Laburista.
Tista’ tintalab inkjesta Magisterjali fuq Beppe Fenech Adami?
Jekk se jitolbu inkjesti fuq il-Laburisti, għaliex ma nitolbux fuqhom?