Huma ħafna dawk li jikkumentaw kif ukoll jiktbuli dwar għaliex inħalli dawk in-Nazzjonalisti kollha jikkumentaw u jinsultaw lill-Partit Laburista u f’każijiet saħansitra jgħajjruni permezz tal-kummenti tagħhom fuq dan il-blog.
Ħbieb, dan huwa l-uniku sit elettroniku li jħalli lil kulħadd jeżerċita d-dritt tal-espressjoni. Għalkemm ma naqbilx ma tgħajjir personali, ġej minn fejn ġej, fl-istess waqt nemmen li meta tagħti l-ispazju lil kulħadd jesprimi ruħu, bi żmien jindunaw li hemm mod u mod ta’ kif wieħed jista’ jwassal il-messaġġ tiegħu.
Komplu ikkummentaw fuq il-Facebook page tagħna. Dan huwa sit miftuħ għal kulħadd. Ejja nippruvaw nwasslu l-messaġġ mingħajr ma nweġġgħu lil xulxin.
2 Comments
proset
iI for one am all of a sudden having difficulty commenting on your blog. WHY?