Bqajt skantat. U għadni mistagħġeb. Ftit siegħat ilu ktibt post dwar avukata ġdida li feġġgħet fil-Labour fl-aħħar ġimgħat. Iddeskrivejta bħala narċissista, egoċentrika, ambizzjuza u bla sustanza.
Ma semmejtx isimha u lanqas ritratti tagħha. Semmejt biss li sa ftit ilu kienet għarusa Deputat Nazzjonalist u lanqas lilu ma semmejt.
Nista’ ngħidilkom li n-nies kollha li ċempluli dwar dak il-blog kollha qatgħu l-isem għal min qed nirreferi.
Bqajt skantat. Apparti n-nies li ilhom ikelmuni rrabjati għax din f’erbat ijiem saret qisha ċ-ċentru tad-dinja, ċempluli iktar nies irrabjati li wkoll diġà mdejqin biha u bl-attitudni arroganti tagħha. Uħud iddeskrivewha bħala ż-żatat tal-Ħadd filgħodu.
Imma l-iktar kumment li laqatni kien wieħed li kellimni u qalli li hija verżjoni ħafna agħar ta’ Marlene Farrugia, ħafna iktar ambizzjuza iżda bla sustanza.
Jekk din is-sitwazzjoni se tibqa’ hekk se niżvela l-isem, u bir-ritratt.
Il-Laburist jixraqlu aħjar minn dan l-opportuniżmu.
Qed tuża l-partit tagħna bħala vetrina għall-ambizzjonijiet egoċentriċi tagħha.
1 Comment
Għidilhom. li qed tirreferi għall Dr.Francesca Zarb li kienet in namrata ta Jerome Caruana Cilia.