Dan is-sit jawgura lil Jean Claude Micallef għal ħatra ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS).
Fi Stqarrija li ħarġet minn AIMS, intqal li Jean Claude Micallef mistenni jimplimenta struttura u strateġija fi ħdan l-Awtorità biex jindirizza l-prijoritajiet identifikati mill-Bord tal-AIMS, filwaqt li mistenni jaħdem fuq kampanji edukattivi biex isaħħaħ l-isforzi tal-Awtorità fost il-ġenerazzjonijiet, u jkun assigurat ambjent sportiv san u b’saħħtu f’pajjiżna.
Fl-istess waqt, nemmen li kien jixraqlu ħafna iktar, co-option meta jitlaq Randolph Debattista.
Nispera li ma ngħatax din l-kariga biex jagħlqulu ħalqu u jwarrbuh min-nofs meta kien jiġi biċ-ċans għal co-option.
Nawguralek Jeanclaude. Ibqa’ aħdem b’ risq il-Partit Laburista.
2 Comments
nahseb ghandu jinhatar xi hadd matur b’ esperjenza kbira minflok Randolph. Mhux qed nirreferi ghal Jean Claude imma ma.jixraqx li jkollna ametuers imma nies ta’ stoffa ghax iz zmien li fadal.hywa krucjali
Il-PL għandu ħafna attivisti serji, intelliġenti kompetenti għal li qed tirreferi int Neville. U Jean Claude huwa ċertament wieħed mill-aktar. IMMA MHUX WAĦDU. Robert Abela għandu għażla sinjura u iebsa.