Riżoluzzjoni Ta’ Robert Abela Għas-Sena l-Gdida : Ma Jibqax Impulsiv

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Riżoluzzjoni Ta’ Robert Abela Għas-Sena l-Gdida : Ma Jibqax Impulsiv

Wieħed mil-ikbar difetti tal-Prim Ministru hija l-impulsivita’, jieħu deċiżjonijiet mgħaġġla, jidhol f’rokna, mbagħad ikollu jagħmel U-turns.

 

 

Meta ħarġet l-inkjesta pubblika ta’ Daphne, wara siegħa kien skuża ruħu f’isem il-poplu Malti. Deċiżjoni mgħaġġla u impulsiva.

 

Kellu jaqra sew, jieħu ż-żmien tiegħu jistudjaha, jirrealizza li hija biased u fażulla u jitkellem b’responsabbiltà minflok bl-għaġġla qisu se jiżloqlu.

 

https://www.facebook.com/share/v/19uEjS6G53/?mibextid=wwXIfr

 

 

Meta ħarġet is-sentenza tal-monument ċeda l-armi u baxxa rasu, meta sadanittant dan is-sit qed juri dik is-sentenza kemm kienet ridikola. Għaġġel u daħal f’rokna.

 

 

Ta’ Sofia ċeda għal inkjesta pubblika meta mbagħad ftit sigħat wara ħarġet l-inkjesta Maġisterjali u għalhekk l-inkjesta pubblika ma kienx hemm bżonnha!

 

 


Deċiżjoni mgħaġġla oħra. 

 

Irid jieqaf jgħajjar Maġistrati u Imħallfin. Dan s-sit għandu dritt jikkritika Imħallef iżda Prim Ministru irid joqgħod iktar attent.

 

Bniedem impulsiv huwa bniedem jgħaġġel. U meta jgħaġġel jidħol f’rokna.

 

U meta jidhol f’rokna jkollu jagħmel U-turn. Għalhekk qed jiġġieled ma kulħadd.

 

Nawgura s-Sena t-tajba lil Prim Ministru u l-familja tiegħu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. saviour stivala December 27, 2024

    Prosit Gafa.

    Reply
  2. GINO DEGIORGIO December 27, 2024

    Il monument ta l’assedju l’kbir la u ta xi magistrat u lanqas tal prim ministru , dak tal poplu Malti kollhu . naghmlu petizzioni biex dak l’inbarrazz jitnehha minn fuqu darba ghal dejjem . Qorti u parlament komplici ma dawk it terroristi li jaghmlu minn kollox kontra il konstituzzioni u il vera Repubbika . SHAME ON YOU ALL ,

    Reply
  3. Joseph Schembri December 29, 2024

    Mill-esperjenza personali tiegħi qed jaqdi lin-nazzjonalisti.
    Mel’issa jghid lilhom biex jivvutaw PL

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *