Fl-istess żmien li Salvino Grixti kien qed jiġi umiljat, investigat u kellu jirrizenja mil-Parlament bil-barka ta Robert Abela, xi ħadd fi ħdan l-amministrazzjoni Laburista waqqaf investigazzjoni tat-taxxa fil-konfront ta’ Stephen Spiteri.
Mill-informazzjoni li għandu dan s-sit, it-Tax Compliance Unit kien diġà talab l-informazzjoni mill-banek u ma tantx kien hemm affarijiet sbieħ.
Is-sorsi ta’ dan is-sit qalu li jinsabu mistagħġba kif f’daqqa waħda ħarġet ordni biex jitwaqqaf kollox.
Stephen Spiteri kien implikat f’racket ta’ ċertifikati foloz u dan is-sit żvela xibka ta’ kumpaniji reġistrati fuq ir-residenza tiegħu f’Marsascala.
Din hi s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-pajjiż. Il-Gvern ta’ Robert Abela jaqbeż għan-Nazzjonalisti, isawwat u jumilja l-Laburisti u minn wara dahar kulħadd jinnegozja mad-Daphne Caruana Galizia Foundation.
Għalhekk il-Partit Laburista qed jitlef l-appoġġ ma kull ġurnata li tgħaddi.
Il-Laburist xeba’ jigi mżeblaħ u tradut.
2 Comments
Ghall darbaohra Prosit Gafa.
kollu minnu jien wiehed minnhom.