Jeremy Harbinson, permezz ta’ Dr Peter Fenech, qed jgħid li ma jistax jiġi jixhed Malta. Mhux ma jistax jiġi jixhed f’ xi data partikolari. Ma jistax jiġi jixhed qatt.
Dan għaliex skond Dr Peter Fenech, mart Jeremy Harbinson, li hija direttur fil-kumpanija li ħadet €11 miljun hija marida u u bilfors irid joqgħod ħdejha.
Lis-Sinjura Harbinson nixtiequlha kull fejqan.
Ippermettulna ngħidu iżda li jekk mhux se naraw b’ għajnejna mhux se nemmnu, tant kemm ħarrfu ta’ madwaru. Aktar minn analiżi indipendenti tas-sinjura, nistennew li nifmhu għaliex ma jistax jiġi jumejn Malta wara li ħa €11 miljun.
Jekk hemm min jaħseb li se nkunu mzazen u din se tgħaddi jiżbalja.
L-ewwel wieħed il-Gvern jekk iħalli x’ uħud mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jibilgħu dan kollu biex Jeremy Harbinson jevita li jiġi hawn Malta.