Hu ta’ skantament kbir kif mill-bidu ta’ din is-sena l-Prim Ministru Robert Abela kien iddeċida li r-riżoluzzjoni għas-sena 2024 tkun li b’xi mod jaġevola lill-familja Caruana Galizia.
Dan kollu beda meta l-Ministeru tal-Finanżi f’April li għadda kien ħareġ notifika lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari kollha biex jibdew iħejju għall-Budget 2025.
Kien avviċinat il-Ministeru tal-Finanżi biex għas-sena 2025 joħloq Line Item finanzjarju taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jsejjaħlu ‘Out of Court Settlement Fund’.
L-idea oriġinali kienet li jagħti Ewro 5.5 miljuni lill-familja Caruana Galizia biex mingħalih jgħalqilhom ħalqhom u ma jibqgħux jattakkawh iżjed.
Robert Abela beda’ jinnegozja mal-familja Caruana Galizia u b’mod esklussiv dan il-portal jista’ jiżvela li t-trattattivi mal-familja ta’ Daphne ngħalqu minkejja li l-Line Item imsemmi ma jissemma’ imkien fl-Budget kif approvat il-ġimgħa l-oħra mill-Parlament.
Robert Abela meta ra li kellu reżistenza qawwija interna pprova jbewweġ dan il-Line Item billi joħloq Ex Gratia Fund ta’ Miljuni kbar izda dan baqa’ jiġi rifjutat minħabba l-fatt li skont il-pariri tal-Finanzi jekk kien iċedi għal xi ħaġa hekk kien hemm periklu serju li l-Kummissjoni Ewrpea ma kienitx taċċetta l-estimi governattivi ta’ Malta kif ippreżentati minn dan l-istat membru lilha.
Filwaqt li lill-Laburist qegħdin ngħidulu kontinwament li flus biex ngħinu numru ta’ setturi m’għandhiex, iżda fl-istess waqt sibna bħala pajjiż Ewro 5.2miljuni biex nagħtuhom lill-familja ta’ Daphne li jobgħodu lill-Laburist iżjed minn kemm in-Nazzjonalisti tad-Dar Ċentrali jobgħodu lill-Laburisti.
3 Comments
Sempliciment ingridibli jekk veru.
Ilni nsegwi lis-Sur Neville b’mod regolari u sa fejn hu maghruf qatt ma qal kelma b’ohra, nofs verita’ jew gidba – bla dubju li dan li qed jirrapporta l-gurnal hu kollu minnu Mr. Stivala – ghandek xi dubju int pls???
Viva l-Imnarja. Le m-ghniejx dubju li dak li qed jiejd Gafa u qrib hafna tal verita, u jien bhala laburist tal-fuq min 80 sena inhosni mux biss idizguztat imma insoluntat jekk ikollu ikun gvern laburista li jghati xi forma ta kumpens lil-tas-shara-tal-bidnija, imma fuq in-naha lohra jien cert issimu li Gafa f’daqqa wahda qed ihaseb hazin hafna nies laburisti u jaghti pjacir lil hafna ohrajn.