Ebda qorti qatt ma tat kumpens ta’ ħames miljuni f’danni. Karin Grech ħadet nofs miljun wara tletin sena u l-gvern kien offrielhom nofs dak l-ammont u m’ aċċettawx.
Il-kumpens jinħadem fuq kemm kienet tiddikjara dħul u hawnekk żgur se jdaħħku għax din dħul kienet tiddikjara mil-inqas biex tevadi t-taxxa. Allura l-ħames miljuni minn fejn ġew?
Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha li diġà semmejt fi blog ieħor, il-kumpens li l-Qorti tagħti lil ta’ Caruana Galizia għandu jkun ħafna inqas minn ta Karin Grech.
Bilħaqq, għax kont se ninsa, l-Imħallef li qed tisma’ l-kawża ċivili ta’ Daphne għandha xi ħbiberija ma Austin Gatt?
Għax jekk huwa hekk qed jilgħabu home!