Dan is-sit il-bieraħ żvela li kienu għaddejjin trattattivi bejn Robert Abela, sieħeb l-klikka ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Fondazzjoni. Din l-istorja tant dejqithom lil Robert Abela u lil ta’ Caruana Galizia li għamlu right of reply.
Ir-right of reply qed tiġi riprodotta hawn aktar ‘l isfel però nieħu l-opportunità nfakkar li l-inkjesta pubblika hija fażulla u qarrieqa u kemm żbalja Robert Abela li aċċettaha lanqas siegħa wara li ħarġet.
Għaliex fażulla? Se nagħti tliet raġunijiet fost ħafna.
L-ewwel raġuni. Kieku Daphne Caruana Galizia ma rrifjutatx l-fixed point offrut minn diversi Kummissarji tal-Pulizija l-qtil ma setax isir kif sar. Peress li kienet taħseb li ħadd ma jista’ għaliha, kienet tirrifjuta l-fixed point u għal dan mhux ħati l-istat. Minkejja li dan joħroġ mill-inkjesta pubblika, l-imħallfin injorawh. Għalhekk fażulla.
It-tieni raġuni. Il-każ ta vjolenza domestika nnifsu u l-bullying li ghamlet fuq żewġha wara li rrapurtaha ma nġabux quddiem l-nkjesta pubblika. Dan l-episodju juri l-atteggjament arroganti tagħha fil-konfront tal-pulizija u kif l-impunita’ ma kenitx kontriha iżda kienet tgawdi minnha hi. Anke l-Pulizija kienu jibżgħu minnha. Kif tista’ tagħmel inkjesta dwar l-qtil tagħha mingħajr ma teżamina l-aspetti vjolenti tal-karattru tagħha?
It-tielet raġuni. Min jiftaħ kawża u jitlob danni kif qed jagħmlu l-familja Caruana Galizia iridu jġibu provi dwar x’kienet taqla’. Issa nafu li biex tevadi t-taxxa kienet tiddikjara ammonti żgħar. Mela issa fuq dawk l-ammonti irid jinħadem il-kumpens!
Jekk il-gvern qed jinnegozja magħhom, fuq liema ammonti dikjarati qed jibbaza n-negozjati? Dikjarazzjonijiet foloz huma kontra l-liġi kriminali.
Fl-aħħar nett min irid kumpens jistenna s-sentenza. Il-familja ta’ Karin Grech stennew ħamsa w tletin sena u l- kumpens ħaduh b’sentenza tal-Qorti.
Sur Matthew Caruana Galizia min se jikkumpensa lil eluf ta Maltin li ommok kissritilhom ħajjithom, il-familja, l-karriera jew n-negozju. B’liema dritt ħtaftu monument nazzjonali u għamiltuh tagħkom?
Tajjeb nitkellmu dwar dan l-kumpens ukoll.
Infakkru fil-kumpensi li ngħataw lil Karin Grech u Nardu Debono li nqatel fid-Depot li ħadu bejn kwart u nofs miljun ewro. Għaliex Daphne ħames miljuni?
Nagħlaq bi kwotazzjoni famuża tas- Sinjura Daphne Caruana Galizia;
“Do by all means speak ill of the dead if they were influential in life.”
Sadanittant, dan huwa r-right of reply mibgħut minn Matthew Caruana Galizia:
“With respect to the blog post published today (29 December 2024), titled “Robert Abela akkost ta’ kollox jikkuntenta lil ta’ Daphne”:
The post includes a photo of my mother and me next to a photo of the Prime Minister and explicitly claims that an out-of-court settlement is being negotiated with the government.
1) My family never, at any point between the assassination and today, discussed, suggested or insinuated the possibility of an out of court settlement with the Prime Minister, Robert Abela, or any other official. Neither was any such settlement ever mentioned, suggested or implied to us.
2) The last meeting my family had with the Prime Minister was almost four years ago, during which we discussed the implementation of the recommendations of the public inquiry board. At no point did anyone mention, suggest or imply an out-of-court settlement. My last email to the Prime Minister regarding my mother’s assassination was sent on 21 December 2021, three years ago. Since then we sent only one other email, on behalf of media organisations, regarding Legal Notice 456.
3) Given the liability that government is exposed to due to deaths on construction sites, failed police investigations into many murders, deaths in custody and egregious corruption, it’s not surprising that the Government of Malta would want such a budget. But you’re barking up the wrong tree, as the out-of-court settlement fund, if it was really requested, I can only assume was requested with others in mind and not me or my family.”