Peter Fenech ingħata mat-335,000 ewro minn ħatriet fuq medda ta’ snin tħallas minn gvernijiet differenti Nazzjonalisti fuq numru ta’ bordijiet.
Peter Fenech ilu wkoll mill-2011 jirraprezenta lill-Partit Nazzjonalista fuq il-bord tal-Awtorita tax-Xandir. Fenech inħatar għall-ewwel darba fuq l-Awtorità mill-Partit Nazzjonalista f’Jannar 2011, minn Lawrence Gonzi, b’Simon Busuttil, Adrian Delia u Bernard Grech jikkonfermawh fis-snin ta’ wara. Mill-Awtorità tax-Xandir Fenech irċieva mal-136,000 ewro.
Apparti dan, mart Peter Fenech, Roberta Messina, kienet magħżula għal snin sħaħ minn gvernijiet Nazzjonalisti bħala chairperson tal-Awtorità għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bi ħlas ta’ erbatax – il elf ewro oħra fis-sena.