Il-Monument Tal-Assedju l-Kbir Jgħaqqadna Mhux Jifridna

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Il-Monument Tal-Assedju l-Kbir Jgħaqqadna Mhux Jifridna

Fix-xhur li għaddew rajna kif is-sentenza tal-Imħallef Zammit McKeon hi waħda redikola. Ma hi xejn għajr riċetta għal anarkija.

 

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir, qabel jerġa’ jsir ta’ kulħadd, issa sar post ta’ protesta favur u kontra Daphne. Għall-ewwel darba f’seba’ snin rajna l-Monument tal-Assedju jinbidel. M’ghadux il-mafkar ta’ Daphne iżda l-mafkar ta’ kontriha wkoll. Wassalna l-messaġġ dwar min verament kienet Daphne Caruana Galizia. 

 

 

Barra minn hekk, poġġejt ukoll placards dwar il-każ tad-drogi ta’ David Casa u l-għaxar snin ta’ abbuż mid-Deputat Toni Bezzina.

 

Iżda tajjeb ukoll infakkru li fix-xahar ta’ Diċembru poġġejt placards li jfakkru lil Karen Grech u Raymond Caruana.

 

 

Nemmen li kien att simboliku li ntlaqa’ tajjeb minn kulħadd għajr minn ċorma nies li saħansitra neħħewhom minn fuq il-Monument. Biex taraw x’sens ta’ Impunita’ jemmnu li għandhom.

 

Għeżież, grazzi li qed tagħtuni l-appoġġ f’din il-“Kampanja Innaddfu l-Monument” sabiex ma jibqax maħtuf minn klikka ta’ nies li jaħsbu li huma ta’ xi razza superjuri.

 

 

Dak il-monument se jerga’ jsir ta’ kulħadd. Il-monument tal-Assedju l-Kbir huwa tagħna lkoll.

 

Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Rita Falzon Gouder January 7, 2025

    Prosit bhal dejjem

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *